Jghidu kien hawn ragel
Jghidu kien hawn ragel jghix 'il hawn
Ftit bibien 'il fuq minn tal-gazzetta.
Ilbiesu fin, ixxommu jfuh mill-boghod
Miexi jzomm 'il martu labranzetta.
Jghidu kien hawn ragel jghix 'il hawn
Kien tal-flus u benestant mill-kbar.
Alla jahfirlu kemm kien ragel sew
Miskin kultant iwarrab sold ghall-fqar.
Darba martu tqum mahsuda f'nofs ta' lejl
u ghajr is-sodda kiesha ma ssib xejn.

Chorus

Imbaghad l-istorja intesiet
In-nies hasbet li kien miet
u tghidx kemm ivvintaw qlajjiet fuqu.
U tghidx kemm talab l-arcipriet
Biex jinhafrulu d-dnubiet
U organizza gabra zghira ghal ruhu.

Jghidu kien hawn ragel jghix 'il hawn
Beda hajja gdida 'l boghod minn dawn
B'familja ohra u anke identita'
Minghajr ma hadd kien jaf il-verita'.
Darba martu tqum mahsuda f'nofs ta' lejl
Rikordju tieghu fadal biss id-dejn.

Chorus

Dwar ir-ragel li kien jghix 'il hawn
Li kulhadd haseb li kien gheb jew miet.
L-istorja nafha jien u issa int...
Qis li zzomm ghalik dan is-sigriet.